Home PageMusic & VideoPhoto GalleryPostersMessages Of SupportHelp & Publicity
Home Page arrow Email Campaign arrow Maltese Email
Maltese Email PDF Print E-mail
Below is the Maltese Email Campaign - Please Do Not Spam, Only Send This To People You Know.


DWAR IL-ĦTIF TA’ MADELEINE MCCANN MINN PRAIA DE LUZ, FIL-PORTUGALL, 3 TA’ MEJJU.

Għeżież ħbieb,

Tafu dwar l-uġigħ il-qalb li laqat ’il pajjiżna?

Aħfruli talli qiegħda niktbilkom, iżda għandna bżonn l-għajnuna tagħkom biex insibu tifla żgħira li nħatfet waqt li kienet fuq btala mal-familja tagħha fil-Portugall.

Probabbli li stmajtu dwarha, jisimha Madeleine McCann, u t-tfittxija għaliha issa hija l-akbar kampanja li qatt saret fl-Ewropa ta’ tfittxija għal persuna nieqsa. Din it-tifla misset il-qlub ta’ pajjiżna u nitolbukhom bi ħrara għal kull għajnuna li tistgħu tagħtuna.

Mehmuż hawn ser issibu poster li nispera li tkunu tistgħu tipprintjaw bosta kopji tiegħu, u tpoġġuh fi kwalunkwe post fejn hemm ħafna nies, ħalli dawn isiru jafu bil-ħtif tagħha. Jekk jogħġobkom qassmuh lill-mistednin tagħkom, kollegi, ħbieb u qraba, u lil kull min tafu biex jinxtered dan il-messaġġ. Naħsbu li Madeleine tinsab x’imkien fl-Ewropa. Kull għajnuna li tista’ tagħtuna tkun apprezzata.

Il-websajt uffiċjali għal din il-kampanja hija www.findmadeleine.com. Jekk jogħġobkom żuru din il-websajt ukoll ħalli ssiru tafu aktar dwar il-każ.

Madeleine issa għandha 4 snin, u għandha xagħar isfar twil sa spallejha (jista’ jkun li issa xagħarha ġie miżbugħ u/jew maqtugħ). Hija għandha marka distinta f’għajnejha l-leminija. Din hija marka skura li toħroġ mill-ħabba sat-tarf tal-kulur ta’ għajnejha. Għajnejha huma ħodor jagħtu fil-kannella. Hawn ritratt tagħha mehmuż.

Jekk għandkom xi informazzjoni importanti jew forsi rajtu lil din it-tifla, jekk jogħġobkom ikkuntattjaw lill-pulizija fuq in-numru tat-telefon li jinsab fuq il-poster. Hemm talja ta’ £2.5 miljun għal informazzjoni li tista’ twassal għas-sejba ta’ Madeleine.

Itolbu għaliha sabiex tirritorna lura għand il-ġenituri tagħha qawwija u sħiħa.

Grazzi ħafna għal kull għajnuna li tistgħu toffru.

helpingtofindmadeleine@hotmail.co.uk

 
Working With:
KTPH - Keep The Profile High

Newsletter Sign Up






Random Image

Reward

Remember A Reward Is Available.

Select Language

Visitors Counters

Visits Today: 205
Visits Yesterday: 450
Visits This Month: 11649
Visits Total: 27743
Data Since: 2008-03-14

Visitors By Country

Totals Top 5
 43 % United States (12080)
 40 % United Kingdom (11295)
 2 % Ireland (507)
 < 1.0 % France (325)
 < 1.0 % Finland (291)
27743 Visits From 116 Countries

Bookmark Us

Who's Online

People Browsing This Website:
We have 9 guests online

Days Missing

Madeleine McCann Has Been Missing: